Saturday, September 12, 2026
Home Sport Serie A: Milan jirkupraw żewġ goals kontra Lazio

Serie A: Milan jirkupraw żewġ goals kontra Lazio

0
41

Fis-Serie A Milan kisbu punt importanti fi draw ta’ 2-2 kontra Lazio, wara li kienu żewġ goals minn taħt. 

Lazio ddominaw l-ewwel taqsima u fetħu l-iskor wara 10 minuti. Nuno Tavares qassam lejn Mattia Zaccagni, li xeħet ballun baxx lejn Matteo Cancellieri, li daħal fil-ħin u għeleb lil Pervis Estupinan.

Lazio komplew joħolqu l-periklu u Zaccagni tilef opportunità tajba fil-21 minuta, meta Mike Maignan antiċipah b’save tajjeb. 

Sitt minuti qabel il-mistrieħ, Lazio rduppjaw il-vantaġġ. Kenneth Taylor xeħet cross fil-baxx u, wara li l-ewwel tentattiv ta’ Tijjani Noslin ġie mblukkat, ix-xutt ta’ Koni De Winter fit-tentattiv li jikklerja laqat  lil Noslin u l-ballun spiċċa fix-xibka.

Fit-tieni taqsima, Milan għamlu tliet sostituzzjonijiet, fosthom Diego Moreira, Christian Pulisic u Yunus Musah, u l-logħba nbidlet. Pulisic kważi skorja fis-60 minuta, iżda Mandas salva tajjeb.

Ħames minuti wara, Moreira naqqas id-distakk b’volley minn cross ta’ Pulisic. Żewġ minuti wara, Moreira reġa’ skorja b’xutt baxx minn tarf il-kaxxa, biex għamel l-iskor  2-2.

B’hekk, Lazio tilfu punti għall-ewwel darba fis-Serie A dan l-istaġun, filwaqt li Milan urew karattru biex irkupraw minn żewġ goals żvantaġġ. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here