Floriana…………… 2
Marsaxlokk………. 5
Marsaxlokk kisbu rebħa impressjonanti ta’ 5-2 fuq iċ-champions Floriana liema riżultat poġġiehom momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika.
Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-tmien minuta permezz ta’ RASMUS LINDEN, wara li kkonnettja tajjeb ma’ Dodo.
Il-goal ġie rivedut permezz tal-Football Video Support wara appell għal offside, iżda r-referee, Daniel Portelli, ikkonferma d-deċiżjoni u l-goal baqa’ validu.
Floriana kellhom opportunità kbira li jiksbu d-draw meta ngħataw penalty wara intervent tal-FVS minħabba handball. Robert Muric ħa r-responsabbiltà, iżda l-goalkeeper, Christoffer Mafoumbi, salva x-xutt tiegħu.
Madankollu, fit-22 minuta, Federico Varela kiseb il-paritá b’xutt minn barra l-kaxxa.
Marsaxlokk reġgħu marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ Matias Garcia, li għeleb għal kollox lil Cioletti.
Erba’ minuti wara, Jose Ulises Arias żied it-tielet goal wara li approfitta minn żball fid-difiża Furjaniża. Il-goal ġie kkonvalidat wara reviżjoni tal-FVS.
Fit-tieni taqsima, Marsaxlokk komplew ikunu perikolużi u fl-54 minuta ngħataw penalty wara handball ta’ Amar Drina. Joseph Minala ma żbaljax u għamilhom 4-1.
Floriana naqqsu d-distakk fis-61 minuta permezz ta’ Carlo Zammit Lonardelli, iżda l-kompitu tagħhom sar aktar diffiċli meta Yassine Jbira tkeċċa għat-tieni karta safra wara daħla kerha fuq Minala.
Marsaxlokk komplew jikkontrollaw il-logħba u fis-84 minuta skorjaw il-ħames goal. Semir Smajlagic approfitta minn żball ta’ Kurtalic, interċetta l-ballun u għeleb lil Cioletti biex issiġilla rebħa kbira ta’ 5-2.
Il-logħba kienet karatterizzata minn diversi interventi tal-FVS, penalty salvat, penalty skorjat u tkeċċija, iżda Marsaxlokk kienu l-aktar team effettiv u kisbu tliet punti importanti.
Floriana: Guilherme Cioletti Ferreira Da Silva, Myles Beerman (Dunstan Vella 52), Amar Drina (Kauan Martins de Paula 54), Federico Varela, Robert Muric (Stephen Odey 90), Alen Kurtalic, Manuel Romano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Tomislav Gudelj (Denzel Attard 88), Ange Curtis N’Dri (Yassine Jbira 52) – Coach: Daniel Portela
Marsaxlokk: Christoffer Henri Mafoumbi, Weder Soares Da Silva, Oualid El Hasni, Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Lucas Caruana 52), Jose Ulises Arias (Domantas Simkus 65), Rasmus Dupont Linden (Semir Smjlagic 71), Jorge Ailton Soares (Redon Mihana 71), Matias Nicolas Garcia, Joseph Marie Minala (Triston Caruana 79), Leandro Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Daniel Portelli
assistenti: Duncan Sultana, Vasil Vasilev
Raba’ Uff.: Ezekiel Barbara
Skorers: R. Linden 9, M. Garcia 32, J. Ulises Arias 37, J. Minala 58, S. Smajlagic 84 (M); F. Varela 22, C. Zammit Varela 61 (F)
Ammoniti: A. Drina, D. Vella (F); J. Minala (M)
Tkeċċa: Y. Jbira 75 (F)
Player tal-Logħba: Nikolai Muscat (Marsaxlokk)




