Sunday, September 13, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Arsenal b’punti massimi

Premier League Ingliż: Arsenal b’punti massimi

0
48

Arsenal komplew bil-bidu perfett tagħhom tal-istaġun wara rebħa ta’ 2-0 kontra Sunderland. David Raya kien kruċjali għar-rebħa meta fil-55 minuta salva penalty ta’ Enzo Le Fee b’intervent mill-aqwa.

Ftit aktar minn żewġ minuti wara, Bruno Guimaraes, li kien daħal bħala sostitut fil-bidu tat-tieni taqsima, fetaħ l-iskor b’xutt mill-isbaħ minn madwar 20 metru ’il bogħod li spiċċa fix-xibka wara li ħabat mal-lasta. 

Dan kien l-ewwel goal tiegħu ma’ Arsenal u kellu sinifikat speċjali għaliex wasal kontra Sunderland, ir-rivali storiċi ta’ Newcastle United, l-eks team tiegħu.

Arsenal issiġillaw ir-rebħa fl-aħħar sekondi meta Bukayo Saka skorja minn penalty wara li ġie mwaqqa’ minn Reinildo Mandava, li tkeċċa wara li rċieva t-tieni karta safra.

B’din ir-rebħa, Arsenal kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva tagħhom fil-kompetizzjonijiet kollha u baqgħu fil-quċċata tal-Premier League.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here