Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Miguel Amato jirbaħ il-ħames tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-Blackball

Aqra wkoll

Miguel Amato rebaħ il-ħames tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball 2024 meta fil-finali għeleb lil Dejan Grech 10-5.

Amato ħasad lill-avversarju tiegħu meta stabilixxa vantaġġ ta’ 5-1 u għalkemm Grech naqqas id-distakk għal aktar minn darba, kien diffiċli għalih sabiex jegħlbu.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Liam Mifsud għeleb lil Deacon Formosa 9-5. Kienet logħba ferm emozzjonanti b’Mifsud jikseb vantaġġ bikri iżda b’Formosa li f’xi mumenti qaleb l-iskor favurih. Hekk kif f’mument minnhom l-iskor kien 5-5, Liam Mifsud kien determinat li jagħlaq il-partita hekk kif rebaħ l-erba’ frames ta’ wara għal skor finali ta’ 9-5.

Sadanittant f’finali ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar, Chaylon Castaldi għeleb lil Steven Muscat 9-7 fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena filwaqt li fil-finali tas-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena Antoine Schembri għeleb l-isfida iebsa ta’ Stephen Mangion 10-9.
Finalment fil-finali tal-Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Jesmond Schembri kien dominanti fuq Conrad Catania tant li rebaħ 10-3.

Ekonomija

Sport