Mosta St Mary’s A hu l-uniku tim li kiseb punti massimi minn żewġ logħbiet hekk kif ilbieraħ intlagħbet it-tieni ġurnata tal-kampjonat reġjonali organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Blackball.
Il-Mostin għelbu lil Ħamrun 147 C 11-3 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. Fit-tieni post hemm żewġ timijiet San Ġwann Nick’s A u Selmun Bar A li fil-konfront ta’ bejniethom spiċċaw fi dro ta’ 10-10.
F’aktar logħbiet, Juve Birkirkara A għelbu lil Birkirkara Boċċi 11-9 b’Birkirkara Youngsters li kisbu rebħa ta’ 11-7 kontra San Ġwann White Hart.
Finalment f’logħba ferm interessanti, Każin Pinto Qormi B għelbu 11-8 lil Birkirkara Duke’s A.