Sunday, May 5, 2024

Riżultat li mela liż-żewġ partiti bl-inċertezza

Trump diżappuntat filwaqt li d-Demokratiċi se jkollhom jibdlu l-istrateġija

Aqra wkoll

L-indikazzjonijiet huma li minkejja li jidher li din l-elezzjoni sejra tagħti rebħa lir- Repubblikani, ma tidhirx li sejra tkun it- tkaxkira li kienet mistennija. 

Minkejja li f’konferenza stampa li għamel wara li spiċċat il-votazzjoni, Trump qal li jinsab sodisfatt, meta wieħed jara ir-riżultati attwali juru mod ieħor.

Bi tħejjija għall-elezzjonijiet presidenzjali tal-2024 fl-Istati Uniti, Donald Trump approva mijiet ta’ kandidati  għall-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu u l-prestazzjoni tagħhom kienet se titqies bħala kejl tal-popolarità tiegħu qabel il-ġirja potenzjali għal White House. 

Imma kif ġraw l-affarijiet, il-kandidati ta’ profil għoli approvati u appoġġjati minnu kellhom jitħabtu bis-sħiħ. Dan jista’ jfisser li l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu kienu doċċa kiesħa għall-aspirazzjonijiet ta’ Trump għall-2024

Minkejja li Donald Trump ma kienx fuq il-lista tal-vot għar-Republikani matul dawn l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu, iżda xorta tefa’ dell fuqhom.

Fl-aħħar sigħat, l-eks President Amerikan għamel diskors qasir mid-dar tiegħu ta’ Mar-a-Lago u sostna rebħa kbira għall-kandidati approvati u appoġġjati minnu.

Il-verità madankollu, hija aktar differenti u kkumplikata minn hekk. Saħansitra kważi l-għażliet ta’ profil għoli li għamel Trump kellhom jitħabtu ferm għas-siġġu li kkontestaw.

Min-naħa l-oħra d-Demokratiċi minħabba li marru ħażin l-istar canditaes tagħhom se jkollhom jibdlu l-istarteġija tagħhom għall-elezzjoni presidenzjali ta’ sentejn oħra. Dan wara li l-kandidati li huma kienu qegħdin jimbuttaw bħala kandidati ewlenin spiċċaw marru ħażin fl-istati rispettivi tagħhom.

Sport