Mosta St Mary’s A rebħu l-finali tas-Super Cup organizzata mill-Malta Blackball Federation wara li għelbu lil Birkirkara Duke’s A 13-7 f’logħba ferm sabiħa.
Il-Mostin sabu ruħhom frame minn taħt, iżda kienu determinati li jiksbu s-suċċess f’din il-kompetizzjoni. Huma dawwru l-iskor favurihom apparti li baqgħu jżommu l-vantaġġ sal-aħħar.
Min-naħa ta’ Birkirkara Duke’s, dawn baqgħu jsegwu l-avversarji tagħhom fejn dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kellhom joħorġu b’idejhom vojta minn dan il-konfront.
Sadanittant illejla tintlagħab finali oħra mistennija, din id-darba mill-Federation Cup fejn Cospicua Rangers jaffrontaw lil Ħamrun 147 A.