Wednesday, December 25, 2024

Blackball: t-tim tal-Irġiel b’riżultati mħallta

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel kellu riżultati mħallta fir-raba’ ġurnata ta’ logħob tal-kampjonati mondjali tal-Blackball li qed isiru f’pajjiżna.

It-tim immexxi minn Clevion Micallef tilef l-ewwel żewġ logħbiet tiegħu 14-11 kontra l-Iskozja u 11-4 kontra l-Irlanda ta’ Fuq għalkemm patta għal dan kollu b’rebħa ta’ 8-7 kontra l-Awstralja.

Sadanittant, it-tim tan-nisa magħmul minn Roberta Cutajar, Donna Bugeja, Lorna Micallef, Alexia Cassano, Ana Thomas u Amanda Mifsud kiseb rebħa oħra tajba ta’ 15-10 kontra Ġibilta’ filwaqt li s-Seniors ħarġu wkoll rebbieħa kontra l-Iskozja 13-12.

It-timijiet l-aktar ta’ esperjenza kellhom ukoll riżultati mħallta hekk kif il-Masters ġew megħluba mill-Iskozja 15-10 filwaqt li l-Grandmasters ta’ ‘l fuq minn 60 sena, tilfu mal-Iskozja 14-11 iżda rebħu bil-kbir kontra l-Belġju 21-4

F’aktar riżultati, it-tim ta’ taħt it-23 sena ġie megħlub mill-Iskozja 16-9 għalkemm rebaħ lill-Katalunja 17-8.

It-tim ta’ taħt it-18-il sena tilef kontra l-Ingilterra 17-8 iżda rebaħ lill-Irlanda ta’ Fuq 13-12.

Finalment, it-tim ta’ taħt il-15-il sena safa’ megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq 11-4 għalkemm rebaħ lill-Awstralja 8-7.

Ekonomija

Sport