Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Valletta Breakwater fl-ewwel post tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball

Aqra wkoll

Valletta Breakwater telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta għelbu lil San Ġwann Nick’s A 11-5 sabiex laħqu lil Cospicua Rangers bi 15-il punt. Minkejja kollox dawn tal-aħħar għandhom żewġ logħbiet neqsin li jridu jirkuprawhom fil-jiem li ġejjin.

Ħamrun 147 B laħqu lill-ewwel tim tagħhom Ħamrun 147 A meta għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa A 11-4 filwaqt li Qormi Anici A rebħu lit-tieni tim tagħhom Qormi Anici B 11-6.

Fil-kampjonat reġjonali, Ħamrun 147 C komplew iżommu r-rekord perfett tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rebħu s-seba’ logħbiet li lagħbu wara li għelbu lil Ħamrun 147 D 11-1 f’konfront li huma ddominaw.

Każin Pinto Qormi A u Valletta Fossa Boys A taffew xi ftit mill-istaġun mhux feliċi li qed ikollhom wara li kisbu rebħiet importanti kontra PL Balzan A (11-9) u Domus Kids Żejtun A (11-9) rispettivament.

F’sezzjoni A tal-Community League, Qormi Anici D baqgħu jżommu l-ewwel post wara rebħa ta’ 11-5 fil-konfront dirett kontra San Ġwann Tiki Taka A filwaqt li Birkirkara Boċċi telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara skor pożittiv ta’ 11-3 kontra Mrieħel Billiard House. Min-naħa l-oħra, Juve Birkirkara B għelbu lil San Ġwann Nick’s B 11-9.

San Ġwann Tiki Taka B jinsabu fl-ewwel post ta’ sezzjoni B għalkemm ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 minn Valletta Fossa Boys B.

Juve Birkirkara A u Domus Kids Żejtun B irreġistraw rebħiet tajba kontra Selmun Bar B (11-9) u Qormi Anici C (11-6). Anke Qormi Anici E ħadu tliet punti fundamentali għall-klassifika tagħhom wara rebħa ta’ 11-7 kontra Selmun Bar B.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers, Valletta Breakwater 15, Ħamrun 147 A, Ħamrun 147 B 14, Jojo’s Birżebbuġa, San Ġwann Nick’s 7, Qormi Anici A 6, Qormi Anici B 5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 21, Ħamrun 147 D 10, Selmun Bar A 9 , Domus Kids Żejtun, PL Balzan A 8, Każin Pinto Qormi A, Valletta Fossa Boys A 6.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D 24, San Ġwann Tiki Taka A, Birkirkara Boċċi 21, Juve Birkirkara B 15, Mrieħel Billiard 8, PL Balzan B 5, San Ġwann Nick’s B, Selmun Bar C 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 23, Qormi Anici E 17, Juve Birkirkara A 16, Valletta Fossa Boys B, Taċ-Ċaċċu 13 , Selmun Bar B, Qormi Anici C 7, Domus Kids B 4.

Ekonomija

Sport