Tuesday, December 24, 2024

Blackball: Valletta Breakwater u Ħamrun 147 A fil-finali tan-National Easter Cup

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa ntlagħbu s-semifinali tat-tazza tal-Għid fejn sitt timijiet għamluha għall-finali fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Fin-National Easter Cup, se jkunu Valletta Breakwater u Ħamrun 147 A li se jikkontestaw il-finali. Il-Beltin kienu konsistenti fuq żewġ legs hekk kif għelbu lil Cospicua Rangers 21-15 filwaqt li l-Ħamruniżi eliminaw lil San Ġwann Nick’s A b’punteġġ kumplessiv ta’ 21-16.

Fir-Regional Easter Cup, kien hemm il-kwalifikazzjoni ta’ PL Balzan A u Ħamrun 147 D wara li għelbu lil Domus Kids Żejtun A (21-13) u Ħamrun 147 C (21-16).

Finalment fil-fażi tal-aħħar erbgħa tal-Community Easter Cup, Juve Birkirkara A rebħu semifinali missielta kontra Juve Birkirkara B 21-16 filwaqt li Taċ-Ċaċċu Qormi saru t-tieni finalisti wara li għelbu lil San Ġwann Tiki Taka A 21-13.

Sadanittant matul din il-ġimgħa jsiru t-tliet finali tal-kategorija rispettiva fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Valletta Breakwater u Ħamrun 147 A fil-finali tan-National Easter Cup

Ekonomija

Sport