Wednesday, July 24, 2024

Daniele De Rossi jkompli jimpressjona

Aqra wkoll

Hekk kif il-kowċ ta’ Roma Daniele De Rossi ilu 50 ġurnata f’dan ir-rwol, ħafna qed iqabbluh ma’ Xabi Alonso ta’ Bayer Leverkusen u oħrajn saħansitra ma’ Pep Guardiola ta’ Manchester City minħabba l-kariżma, il-motivazzjoni u l-grinta li kapaċi jitrażmetti lill-plejers tiegħu.

De Rossi ssemma’ ħafna jumejn ilu hekk kif Roma rebħu l-logħba tagħhom mill-UEFA Europa League kontra Brighton and Hove Albion bl-iskor ta’ 4-0.

Bosta partitarji ta’ Roma qalu kif din il-bidla minflok Jose Mourinho kellha ssir fil-bidu ta’ dan l-istaġun minħabba l-bidu inkonsistenti li bdew bih i Giallorossi.

Ekonomija

Sport