Monday, December 23, 2024

Bliet ewlenin fil-Pakistan jinsabu bla dawl

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Iċ-ċittadini tal-Pakistan iktar kmieni llum sofrew minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku. Dan wara li kien hemm ħsarat  fl-infrastruttura tal-elettriku tal-pajjiż.

Diversi nħawi ċentrali fil-Pakistan inkluż l-ikbar belt tal-Pakistan – Karachi, il-kapitali Islamabad, kif ukoll Lahore u Peshawar sfaw milquta minn dan l-inkonvenjent.

Min-naħa tiegħu l-Ministru tal-Enerġija Khurrum Dastagir qal li l-qtugħ ta’ dawl segwa varjazzjoni tal-frekwenza fin-Nofsinhar tal-Pakistan. Huwa nsista li din ma għandhiex titqies bħala xi ħaġa ta’ kriżi, filwaqt li assigura li l-pprovista tal-elettriku għandha terġgħa tiġi lura għan-normal.  Huwa insista li din “Mhix kriżi kbira” u l-provvista tal-elettriku se terġa’ lura għan-normal fi ftit sigħat. 

Minkejja dan, huwa qal ukoll li l-qtugħ tad-dawl ikkawża ħsarat kbar u sostna li fl-istaġun tax-xitwa, id-domanda tal-elettriku fil-Pakistan tonqos. “Fix-xitwa, id-domanda għall-elettriku tonqos mal-pajjiż kollu, għalhekk, bħala miżura ekonomika, nagħlqu temporanjament is-sistemi tagħna ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija bil-lejl,” huwa qal.

Ħafna familji fil-Pakistan huma mdorrijin jittrattaw il-provvisti tal-elettriku. In-negozji, l-industriji u d-djar spiss ikollhom il-ġeneraturi tagħhom stess li jibdew meta jinqata’ l-elettriku.

Aktar kmieni dan ix-xahar il-Gvern tal-Pakistan ordna liċ-ċentri tax-xiri u s-swieq kollha fil-pajjiż sabiex jagħlqu kmieni kuljum sabiex jiffrankaw il-flus fuq l-enerġija.

Ekonomija

Sport