Monday, December 23, 2024

Bliet kbar Ċiniżi b’miżuri restrittivi minħabba żieda żgħira fl-infezzjonijiet tal-Covid-19

Aqra wkoll

Shanghai u bliet kbar oħrajn ġewwa ċ-Ċina, fosthom Shenzhen, żiedu sostanzjalment it-testijiet fuq iċ-ċittadini minħabba żieda fil-każijiet tal-Covid-19. Il-miżuri f’ħafna minn dawn il-bliet kienu drastiċi tant li għadd ta’ skejjel, żoni ta’ divertiment u dawk turistiċi ġew magħluqin.

Dan kollu qiegħed iseħħ wara li ġiet irrapportata żieda fil-każijiet li aktarx kienet riżultat ta’ ħafna vjaġġar li kien hemm fil-festa tal-jum nazzjonali, magħrufa bħala “l-Ġimgħa Dehbija”, iktar kmieni dan ix-xahar.  

Meta wieħed jara n-numri ta’ każijiet f’dan il-pajjiż isib li dawn huma baxxi ħafna anke meta mqabbla ma’ diversi pajjiżi oħrajn, eżempju ġewwa Shanghai nstabu biss 25 każ ġdid f’popolazzjoni ta’ 25 miljun iżda minħabba li dan il-pajjiż qiegħed jimxi fuq politika ta’ “żero-Covid” dan jieħu miżuri drastiċi anke jekk ikun hemm ftit każijiet. 

Ovvjament din il-politika qiegħda tħalli effett xejn feliċi fuq il-ħajja tan-nies u anke fuq l-ekonomija tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport