Sunday, December 22, 2024

Bliet kbar ġewwa ċ-Ċina jerġgħu taħt lockdown minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Għadd ta’ bliet kbar ġewwa ċ-Ċina reġgħu spiċċaw bir-restrizzjonijiet min­ħabba l-pandemija tal-Covid-19. Kawża ta’ hekk, numru ta’ negozji reġgħu għalqu l-bibien filwaqt li miljuni ta’ ċittadini qed jiġu ordnati biex ma joħorġux minn djarhom. Dan kollu qiegħed jerġa’ jnissel tħassib kbir dwar l-ekonomija. 

Il-pjanijiet li hemm s’issa huma li dan il-lockdown itul għal ftit ġranet biss, iżda wieħed irid jara kif se tiżvolġi s-sitwazzjoni. Iċ-Ċina għadha qiegħda tippersisti bil-politika ta’ “żero Covid” u b’hekk tieħu azzjonijiet drastiċi u b’saħħit­hom ħafna kull meta titfaċċa mxija. 

Intant, f’Hong Kong il-każi ġodda ta’ Covid-19 qegħdin jiżdiedu b’mod allarmanti tant li ċ-ċifri juru li matul dawn l-aħħar jiem kien qiegħed ikun hemm 10,000 każ ġdid kuljum. Għalhekk mhux eskluż li hemm ukoll jerġgħu jiddaħħlu xi restrizzjonijiet. 

Ekonomija

Sport