Sunday, November 3, 2024

“Blue Lagoon kif ilna snin ma narawh… il-biċċa mhux se tieqaf hawn”

Aqra wkoll

“Din sippost hija waħda mill-isbaħ bajjiet li għandna. Imma sfortunatament ir-regħba bidlet is-sbuħija f’infern ta’ rassa ħmieġ u storbju”. Sostna dan Andre Callus mill-Moviment Graffitti waqt l-indirizz tiegħu aktar kmieni minn Kemmuna. 

Callus qal li l-karba tan-nies hija li dan il-post “inħataf” minn xibka kummerċjali u hawn minn ilu snin jitħanżer minn fuq dahar il-poplu. 

Spjega li hawn ħafna Maltin u Għawdxin li sena wara l-oħra lmentaw li ma jmorrux lejn Blue Lagoon għax ma jsibux spazju.

Spjega wkoll li s-sitwazzjoni ta’ ksur fil-beraħ tal-liġi fi Blue Lagoon mhijiex l-uniku waħda li titlob azzjoni immedjata f’Kemmuna. “Il-Hili Group għalqu l-aċċess għall-bajja ta’ San Niklaw bil-kanċelli. Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku li skont il-liġi ta’ Malta, l-ewwel 15-il metru mill-kosta huma dejjem spazju pubbliku. Il-biċċa mhix se tieqaf hawn”, sostna Callus filwaqt li spjega li matul il-jum, dawk li attendew għal din il-protesta kienu se jibqgħu jgawdu l-bajja.

Sport