Friday, April 26, 2024

Manchester United f’taħditiet mar-rappreżentanti tal-winger ta’ Ajax, Antony

Aqra wkoll

Manchester United bdew taħditiet mar-rappreżentanti tal-winger ta’ Ajax, Antony, qabel offerta proposta dan is-sajf.

Il-Brażiljan gawda sentejn impressjonanti taħt il-manger il-ġdid tal-United Erik ten Hag fl-Olanda, fejn skorja 22 goal u rreġistra 16-il assist għall-club f’74 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha minn meta għamel iċ-ċaqliq għs-somma ta’ £14-il miljun minn Sao Paulo f’Lulju 2020.

Ten Hag ġie marbut ma’ movimenti għal xi wħud mill-ex players tiegħu ma’ Ajax qabel ma jieħu r-riedni tal-club minn Old Trafford, inkluż ftehim potenzjali għad-difensur ċentrali Jurrien Timber.

Sport