Friday, December 13, 2024

Boeing tibda tibni l-ewwel ajruplan tat-tip 737 MAX għal Malta Air

Aqra wkoll

Boeing bdiet tibni l-ewwel ajruplan tat-tip 737 MAX għal-linja tal-ajru Malta Air. Il-linja tal-ajru, li hija sussidjarja ta’ Ryanair, s’issa qed topera sitt ajruplani tat-tip Boeing 737 li għadhom iġorru l-libsa tradizzjonali bil-kuluri blu u isfar tal-linja tal-ajru Irlandiża.

Madankollu s-sit Simple Flying, li jispeċjalizza fl-avjazzjoni, qed jirrapporta li l-ajruplan il-ġdid li kien ordnat minn Ryanair se jkun iġorr il-libsa l-ġdida ta’ Malta Air.

Dan kien konfermat ukoll minn tweet ta’ dilettant tal-ajruplani, li ppubblika ritratt ta’ parti mill-ġwienaħ tal-ajruplan bil-kuluri tal-linja tal-ajru Maltija.

Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet l-ajruplan Boeing 737 MAX tħalla mill-ġdid jerġa’ jidħol fis-servizz fl-Istati Uniti wara li f’Novembru tneħħietlu projbizzjoni li kienet ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar 20 xahar minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.

Il-Boeing 737 MAX kien ġie pprojbit milli jkompli b’titjiriet wara żewġ inċidenti fatali fi żmien ħames xhur. Fiż-żewġ inċidenti kienu mietu 346 persuna.

Ekonomija

Sport