Saturday, September 14, 2024

Bologna qed jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A – Marko Arnautovic

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Bologna, Marko Arnautovic qal li r-Rossoblu qed ‘jaħdmu biex jiksbu post mal-ewwel 10 fis-Serie A’ u rringrazzja lill-belt tal-merħba ‘fantastika’ li tatu.

L-istilla Awstrijaka rritorna l-Ewropa wara żewġ staġuni ma’ Shanghai Port fiċ-Ċina u ammetta li jinsab kuntent li reġa’ lura.

Il-player ta’ 32 sena diġà skorja l-ewwel gowl tiegħu mar-Rossoblu f’rebħa ta’ 3-2 kontra Salernitana u għal darb’oħra rringrazzja lill-partitarji.

“L-akkoljenza fil-belt kienet meraviljuża,” qal Arnautovic. “Kont sorpriż ħafna u spiss irringrazzjajt lill-partitarji għal dan.”

“Għoġobni l-proġett mill-ewwel. Imbagħad, ridt nersaq viċin il-familja tiegħi, peress li ma setgħux jiġu fiċ-Ċina.”

“Li tkun mifrud għal żmien twil wisq kien impossibbli. Issa, ilkoll ngħixu flimkien u għalhekk kollox huwa aktar faċli għalija.”

“Nirringrazzja lil Shanghai, imma kien sabiħ li nerġa’ lura viċin id-dar. Jien ridt immur lura biex nilgħab f’kampjonat ta’ livell għoli u Bologna għamlu minn kollox biex jakkwistawni.”

“Irridu niksbu post mal-ewwel 10 fil-kampjonat; qed naħdmu għal din il-mira.”

Ekonomija

Sport