Saturday, May 4, 2024

Mario Mandzukic jirtira mill-football fl-età ta’ 35 sena

Aqra wkoll

L-ex attakkant ta’ Juventus u Milan, Mario Mandzukic iddeċieda li jirtira mill-football professjonali fl-età ta’ 35 sena.

L-ex internazzjonali tal-Kroazja qatta’ ħames snin mal-Bianconeri wara li kien ingħaqad magħhom mingħand Atletico Madrid fl-2015, qabel ma rritorna fis-Serie A f’Jannar 2021.

Mandzukic rebaħ erba’ Scudetti, tliet Coppa Italia u żewġ Supercoppa Italiana matul iż-żmien tiegħu fis-Serie A iżda ddeċieda li jirtira wara perjodu f’Milan fl-istaġun li għadda.

L-ex stilla ta’ Bayern Munich, li għen lill-Ġermaniżi jirbħu żewġ titli tal-Bundesliga u ċ-Champions League, kien ukoll parti mit-team tal-Kroazja li spiċċaw bħala runners-up fit-Tazza tad-Dinja tal-2018, u tilef il-finali kontra Franza.

Mandzukic lagħab 162 logħba kompetittiva ma’ Juventus iżda rnexxielu jagħmel biss 11-il dehra fl-esperjenza tiegħu ma’ Milan.

Huwa ma skorjax bil-flokk tar-Rossoneri, iżda skorja 44 goal fil-kompetizzjonijiet kollha mal-Bianconeri u lagħab 128 darba fis-Serie A.

Sport