Wednesday, April 24, 2024

Dacia Malta b’open week mix-Showroom ta’ Kind’s

M'hemmx żmien aħjar aktar minn issa biex tixtri d-Dacia l-ġdida tiegħek

Aqra wkoll

Dacia Malta qed jistiednu lill-pubbliku biex jieħu vantaġġ mill-offerti speċjali tagħhom fuq il-firxa sħiħa ta’ karozzi Dacia, kemm fuq vetturi li jinsabu disponibbli għandhom u ordnijiet ta’ vetturi ġodda.

Għalhekk, wieħed huwa misteden li jżur ix-showroom ta’ Kind’s, kemm dik ġewwa Ħal Lija kif ukoll dik tax-Xewkija Għawdex matul l-open week li se tkun qed issir bejn it-13 u t-18 ta’ Settembru.

F’dinja li kulma jmur qed issir dejjem aktar kumplessa, Dacia tiffoka fuq dak li huwa essenzjali: li tagħmel karozzi ta’ kwalità bi prezz raġonevoli.

Liema Dacia tolqtok l-iktar? Skopri l-għażla disponibbli:

All-new Sandero

Dacia qed tirridefinixxi l-affarijiet essenzjali permezz tal-mudell il-ġdid ‘All-new Sandero’. F’dak li huma standards dan il-mudell jinkludi head lamps LED, forma Y. Wieħed jista’ jsib ukoll assistenza meta tibda mixi f’tela’ minn wieqaf, u brejkijiet assistiti f’każ ta’ emergenza. F’dan il-mudell issib ukoll spazju konsiderevoli f’dak li hu bagoll kif ukoll ġewwa tal-karozza, affarijiet li żgur se jgħinuk biex ikollok il-ħajja aktar faċli.

L-All-New Sandero tibda minn €11,440 jew €172 fix-xahar.

All-New Sandero Stepway

Lestu ruħkom għall-avventura ma’ All-New Sandero Stepway, SUV robusta bis-seat tax-xufier fil-għoli. Dan il-mudell jinkludi headlamps LED forma ta’ Y, roof bars, assistenza meta tibda miexi f’tela’ minn wieqaf, u brejkijiet assistiti f’każ ta’ emerġenza. Fl-aħħar u mhux l-inqas dan il-mudell jiġi bl-arja kundizzjonata kif ukoll spazju konsiderevoli f’dak li hu bagoll kif ukoll ġewwa tal-karozza.

L-All-New Sandero Stepway tibda minn €12,990 jew €194 fix-xahar.

Duster

Id-Dacia Duster hija SUV robusta li lesta għal kull ostakklu. Bi stil addattat għall-avventura, b’disinn interjuri rinovat u teknoloġija innovattiva, din hija possibliment waħda mill-aqwa SUV li tista’ tixtri. 

Id-Dacia Duster tibda minn €15,600 jew €213 fix-xahar.

Dacia toffri żewg tipi ta’ magni: petrol jew bi-fuel.

Tistaqsu xi jkun bi-fuel u kif jaħdem?

Bi-Fuel huwa l-isem mogħti lill-magni Dacia li jaħdmu kemm bil-petrol kif ukoll b’LPG (Liquified Petroleum Gas).

LPG huwa taħlita ta’ żewg gassijiet: propane u butane. Dan jiġi inkorporat u injettat f’magna petrol eżistenti. Il-karozza taqleb bejn petrol u LPG, u vice versa, b’mod faċli ħafna. Din tista’ ssir kemm b’mod manwali jew b’mod awtomatiku (meta t-tank tal-LPG ikun vojt). Permezz ta’ indikatur apposta, inti tista’ tkun taf f’hix inhu t-tank tal LPG u kemm fadallek distanza bl-ammont li fadal.

Titilfux dan iċ-ċans biex iżżuru x-showrooms indikati aktar qabel sabiex tkunu tistgħu tibbenefikaw minn dawn l-offerti speċjali. L-offerti huma validi fuq konferma ta’ xiri matul din l-istess ġimgħa u bdil ta’ vetturi huwa wkoll aċċettat.

Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ma’ Kind’s biex jibbukja test drive jew kwotazzjoni personalizzata. Gawdi minn dawn l-offerti fantastiċi!

Għal aktar informazzjoni idħol hawnhekk: https://www.autosales.com.mt/en/dacia-malta-openweek/

Sport