Wednesday, March 27, 2024

E-scooter ġdid jingħaqad mar-rivoluzzjoni elettrika ta’ Malta

Is-Silence electric scooter issa huwa disponibbl f’Malta - soluzzjoni innovattiva tat-trasport urban.

Aqra wkoll

Kind’s qed jistiednu lill-pubbliku bix iżur ix-showrooms tagħhom li jinsabu f’Ħal Lija u x-Xewkija Għawdex matul l-open week li se ssir bejn it-13 u t-18 ta’ Settembru. Min jagħmel hekk jingħata vawċer sa €300 meta jixtri dan is-Silence e-scooter. Fost l-oħrajn, il-vawċer ta’ € 300 jista’ jintuża biex tħallas l-e-scooter, jew biex tixtri kwalunkwe aċċessorju addizzjonali.

Kif nafu, id-domanda għal vetturi li jaħdmu bl-elettriku ta’ kull tip żdiedet. It-trasport b’żewġ roti qed jiżdied f’Malta u għaddej minn trasformazzjoni elettrika. Kind’s qalet li t-traffiku, il-kwalità tal-arja u l-għarfien ambjentali kollha qed jikkontribwixxu għal bidla sinifikanti fl-imġiba tal-konsumatur.

Bl-introduzzjoni ta’ dawn l-iscooters elettriċi fit-toroq Maltin, instabet l-aħjar soluzzjoni kemm għal individwi kif ukoll għal kumpaniji li qed ifittxu mod ta’ trasport bi prezz baxx, ta’ kwalità għolja u b’emissjonijiet żero.

Dawn l-iscooters li qed nitkellmu fuqhom huma ddisinjati, maħduma u prodotti fl-Ewropa.

L-iscooters elettriċi ta’ din id-ditta kollha huma bħal scooter konvenzjonali li jinkludu fost l-oħrajn brejkijiet ta’ quddiem u ta’ wara.

Il-mudelli kollha jiġu b’għażla ta’ modi ta’ sewqan differenti (ECO, City u modalità Sport miżjuda fuq il-mudelli l-S01 u S02) kif ukoll faċilità biex timxi b’lura. Iżda barra minn dawn l-affarijiet meraviljużi kollha, hemm bosta affarijiet oħra li jagħmel dawn l-iscooters attraenti fosthom li jitħaddmu b’faċilità u huma stabbli fis-sewqan minħabba ċentru tal-gravità baxx.

Hemm erba’ mudelli ta’ din id-ditta ta’ scooters: 

S01: Dan il-mudell huwa immirat għal vjaġġi urbani u affarijiet ta’ kuljum. Dan huwa ekwivalenti għal mutur ta’ 125cc. Dan il-mudell b’prestazzjoni flessibbli jinkludi spazju abbundanti biex wieħed ikun jista’ jġorr l-affarijiet. Batterija ta’ 5.6 kWh u mutur ta’ 7 kW kapaċi jwasslu sa 133 km. Jirnexxielu jitla’ għal 50km fis-siegħa f’temp ta’ 3.9 sekondi u għandu veloċità massima ta’ 100km fis-siegħa. Il-prezz jibda minn €3,150.

S01 +: Tista’ wkoll tagħżel il-mudell S01+. Dan il-mudell għandu batterija ta’ 5.6 kWh u mutur ta’ 9 kW kapaċi jwasslu sa 133 km. Il-vantaġġ ta’ dan il-mudell huwa li jirnexxielu jitla’ għal 50km fis-siegħa f’2.9 sekondi biss u għandu veloċità massima ta’ 110 km fis-siegħa. Il-prezz jibda minn €4,800.

S02 LS (veloċità baxxa): Dan il-mudell huwa ideali għal sewwieqa żgħażagħ, dawk li qatt ma jaqbżu l-45 km fis-siegħa u dawk in-nies li huma konxji mill-baġit.  B’batterija ta’ 2 kWh u mutur ta’ 1.5 kW, dan il-mudell jiġi bil-vantaġġi tad-disinn u l-għażliet ta’ adattament tal-mudelli l-oħra. Meta l-batterija tkun mimlija kollha, dan il-mudell kapaċi jivvjaġġa sa 52 km. Tista’ wkoll tmur għall-batterija ta’ 5.6 kWh u b’hekk tkun tista’ tivvjaġġa sa 149 km meta l-batterija tkun mimlija kollha. Il-prezz jibda minn € 900.

S02 HS (veloċità għolja). Dan il-mudell huwa ideali għal użu kummerċjali bħal servizzi ta’ kunsinna. Dan il-mudell jikkompara għal mutur ta’ 125cc, joffri prestazzjoni tajba u huwa eċċellenti biex iġġorr l-affarijiet. Faċilment tista’ żżid affarijiet biex taqdi l-bżonnijiet speċifiċi ta’ min jużahom. Il-prezz jibda minn €2,100.

S03: Dan il-mudell jiġi bi tliet roti. Mudell bl-istess karatteristiċi bħall-S02, iżda b’kapaċità ta’ tagħbija u stabbiltà akbar grazzi għaż-żewġ roti ta’ wara tiegħu. Il-karatteristiċi tiegħu jagħmluha l-għażla ideali għal kunsinna jew servizzi ta’ courier. Dan il-mudell mistenni jasal dalwaqt.

** Il-prezzijiet ikkwotati jinkludu l-grant tal-gvern li tinkludi scrappjar ta’ inġenji qodma 

X’jagħmel dawn l-iscooters meraviljużi?

Dawn l-iscooters jużaw batterija lithium-ion. Il-batterija għandha l-faċilità li tiġi ċċarġjata minn kwalunkwe socket fis-sistema 240V. Dan ifisser mid-djar, mill-uffiċċju u postijiet oħra.

Huwa faċli ħafna biex tiċċarġja l-batterija  – billi taqlaha minn posta u twaħħalha ma’ power socket u tħalliha tiċċarġja filwaqt li tkun tista’ tkompli bil-pjanijiet l-oħra tiegħek. Dawn it-tip ta’ scooters jistgħu saħansitra jiċċarġjaw il-batterija waqt li jkunu miexja permezz tar-regenerative braking system, li tiġġenera enerġija hekk kif tnaqqas il-veloċità.

Dawn l-iscooters jiġu konnessi ma’ app. Permezz tas-Silence App, disponibbli kemm għall-apparat Apple kif ukoll għal dak Android, inti tista’ tkun konness mal-iscooter tiegħek, tkun taf fejn qiegħed, issakkru fost affarijiet oħra interessanti.

Għal aktar informazzjoni idħol hawnhekk: https://www.autosales.com.mt/en/silence-all-new-electric-scooter/

Ekonomija

Sport