L-FA Ingliża se tkun qed tagħti bonus ta’ €500,000 lil kull plejer u żieda sostanzjali lill-kowċ Gareth Southgate ġaladarba huma jirbħu t-tazza tad-dinja li qed tintlagħab bħalissa.
Minkejja kollox, ħafna kritiċi qed isostnu li ma tantx huma kunfidenti bil-potenzjal tat-tim nazzjonali Ingliż u kienu tal-fehma li aħjar ma jonfħux iżżejjed lit-tim tagħhom speċjalment jekk jasal xi tip ta’ diżappunt.
L-Ingilterra rebħet it-Tazza tad-Dinja darba biss, fl-1966 fl-edizzjoni li saret f’pajjiżhom stess.