Friday, July 17, 2026
Home Sport Rapahel Varane lura għat-tim nazzjonali Franċiż

Rapahel Varane lura għat-tim nazzjonali Franċiż

0
559

Wara li s-Sibt filgħaxija, il-kowċ ta’ Franza Didier Deschamps irċieva l-aħbar kerha li l-attakkant veteran Karim Benzema mhux se jieħu sehem fit-tazza tad-dinja tal-Qatar u għalhekk żdied mal-oħrajn imweġġa’ Paul Pogba u N’Golo Kante, għallinqas kellu x-xorti li jirkupra lil Raphael Varane li jilgħab fl-Ingilterra ma’ Manchester United.

Varane kien weġġa’ fit-22 t’Ottubru li għadda fil-logħba kontra Chelsea u fi tmiem din il-ġimgħa kompla jitħarreġ mal-grupp Franċiż.