Thursday, April 18, 2024

Boris Johnson jgħid li 90% tal-pazjenti fl-ITU bil-Covid fl-Ingilterra ma tlaqqmux bil-booster

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li madwar 90 fil-mija tal-pazjenti bil-Covid-19 li jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva ġewwa l-Ingilterra ma ħadux id-doża adizzjonali, jew kif inhi magħrufa l-booster.

Waqt li kien jinsab f’ċentru tat-tilqim, Johnson ħeġġeġ lin-nies biex jieħdu l-booster hekk kif iddeskriviha bħala “vitali”, u qal li l-maġġoranza assoluta ta’ dawk li bħalissa qed ikollhom bżonn jidħlu għall-kura intensiva fl-isptarijiet tal-pajjiż ma tlaqqmux bil-booster.

Meta rrefera għal dawk li mhumiex imlaqqma, huwa qal li dawn għandhom tmien darbiet aktar ċans li jispiċċaw l-isptar meta kkumparat ma’ dawk il-persuni li ħadu l-vaċċin kontra l-Covid-19.

Huwa qal li jaħseb li kulħadd jista’ jiċċelebra s-sena l-ġdida, iżda dan għandu jsir b’kawtela u b’mod sensibbli. Huwa hawnhekk li saħaq dwar l-importanza li n-nies jitlaqqmu bil-booster.

Ekonomija

Sport