Friday, December 27, 2024

Boris Johnson jiċħad li kien imwissi li l-festin kien jikser ir-regoli tal-Covid

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ċaħad b’mod kategoriku li ġie mwissi li l-festin li sar fil-ġnien tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jikser ir-regolamaenti tal-lockdown. 

F’kummenti li ta, Johnson qal li ħadd ma wissieh li kien kontra r-regoli u li kienu xi ħadd qallu b’dan kien jiftakar.

Iżda rapporti kuntrastanti huma dawk fejn jgħidu li l-eks assistent Dominic Cummings kien qal li wissieh u akkużah li qarraq bil-Membri Parlamentari dwar dan.

Mistoqsi jekk jirriżenjax jekk jinstab li qarraq bihom,Johnson qal: “Ejja naraw x’jgħid ir-rapport.”

Fil-jiem li ġejjin mistenni joħroġ ir-rapport li fil-preżent qed jinvestiga jekk inkissrux ir-regoli tal-lockdown jew le.

Ekonomija

Sport