Friday, November 15, 2024

Boris Johnson jirriżenja minn Kap tal-Konservattivi

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, iddeċieda li jirriżenja minn Kap tal-Partit Konservattiv wara li l-appoġġ li kien igawdi fil-partit tiegħu tnaqqar bil-kbir wara r-riżenja ta’ diversi ministri ewlenin mill-Kabinett tal-Gvern. Minkejja r-riżenja tiegħu minn Kap, Johnson se jkompli fil-kariga ta’ Prim Ministru sal-ħarifa li ġejja sakemm isir il-proċess għal mexxej ġdid tal-Partit u eventwalment prim ministru.

Ftit tal-ġimgħat ilu, Boris Johnson għeleb vot ta’ sfiduċja kontrih; b’danakollu, ir-riżultat wera li l-fiduċja fih bħala Kap tal-Partit Konservattiv tnaqqret drastikament b’aktar minn 40% ta’ deputati parlamentari tiegħu stess jivvutaw kontrih.

Fil-fatt, ilbieraħ, Nadhim Zahawi li jumejn ilu nħatar minn Johnson bħala Kanċillier sostna li Johnson għandu jitlaq.

Ir-rabja kontra Boris Johnson fl-aħħar jiem kompliet tbaqbaq u teskala anki fost dawk li kienu qrib tiegħu. Saħansitra lbieraħ filgħaxija, Boris Johnson keċċa lill-Ministru Michael Gove wara li dan tal-aħħar ukoll sostna li Johnson “għandu jitlaq”. Gove kien wieħed minn dawk li ħadem bla heda id f’id ma’ Boris Johnson biex iseħħ il-Brexit u Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport