Friday, May 3, 2024

Bormla jirbħu d-double fir-Regatta tal-Vitorja

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Bormla rrepetew id-dominju ta’ tliet snin ilu meta rebħu ż-żewġ kategoriji tar- Regatta tal-Vitorja.  

Huma rebħu Kategorija Open għall-21 darba b’vantaġġ ta’ 10 punti  meta għelbu t-taqtiegħa  kontra l-Isla li baqgħet sal-aħħar mu­menti.

Il-Bormliżi rebħu Kategorija B għas-16-il darba b’vantaġġ ta’ 20 punt fuq l-Isla li fl-aħħar tiġrija ma pplejsjawx meta suppost kellha tkun taqtiegħa bejniethom.

KATEGORIJA OPEN

Din il-kategorija bdiet bit-tiġrija tad-Dgħajjes tal- Midalji li ntrebħet mill-Birgu b’vantaġġ ta’ nofs dgħajsa fuq dik tal-Isla li kienet segwita minn Bormla.

Sentejn ilu, din it-tiġrija ntrebħet mill-Marsa.

Il-club tal-Kalkara ddomina t-tiġrija tal-Frejgatini meta ħadu l-vantaġġ mat-tluq u baqgħu jżommuh sal-aħħar minkejja li lejn it-tmiem Bormla bdew jattakkaw, bit-tielet post jittieħed mill-Isla.

Sentejn ilu din it-tiġrija kienet intrebħet mill-Marsa.

Wara din it-tiġrija, Birgu baqgħu fl-ewwel post b’20 punti … b’vantaġġ ta’ erba’ pun­ti fuq l-Isla quddiem Bormla (14) u Kalkara (12).

Bormla rebħu t-tiġrija tal-Pass ta’ Bi Tnejn b’mod mill- aktar komdu meta daħlu fl-ewwel pożizzjoni b’erba’ tulijiet quddiem l-Isla li għelbu lil Marsamxett fl-150 metru.

L-istess żewġ qaddiefa, Dennis Thornton u Clive Casha, żammew ir-rebħa ta’ sen­tejn ilu. Huma għamlu rekord ta’ 19-il rebħa kon­sekuttiva fiż-żewġ regatti.

B’din ir-rebħa l-Bormliżi qabżu fl-ewwel post b’34 punt quddiem l-Isla (28), Birgu (20), Kalkara (12) u Marsamxett (6).

It-tiġrija tal-Kajjikki kel­lha tmiem drammatiku meta l-Isla għelbu lil Bormla bi ftit ċentimetri wara li dawn tal-aħħar kienu fil-vantaġġ sa mill-bidu. Fit-tielet post daħlu l-Birgu.

Meta kien fadal it-tiġrija tal-Pass b’Erba’ Imqadef, id- differenza bejn Bormla u l-Isla kienet biss ta’ żewġ punti.

Sentejn ilu kienu Marsa li rebħu din it-tiġrija.

F’konfront dirett mal-Isla, Bormla rebħu l-aħħar tiġrija b’mod drammatiku meta għelbu lil Senglea fl-aħħar 100 metru hekk kif dawn tal-aħħar kienu qed igawdu l- vantaġġ.

Bormla rebħu wkoll dik tal-aħħar edizzjoni.

KATEGORIJA B

Kategorija B bdiet bit-tiġrija tal-Pass b’Żewġ Imqadef li ntrebħet minn Bormla, fejn kellha wkoll tintuża l-photo-finish biex ġie determinat li l-Isla għelbu lil Birgu għat-tieni post.

Fl-aħħar edizzjoni din it- tiġrija kienet intrebħet minn Birżebbuġa.

Il-tiġrija tal-Kajjiki ntreb­ħet mill-Isla fejn dak tal- Kalkara ngħata t-tieni post wara  li dak ta’ Birżebbuġa ġie skwalifikat meta daħal fil-linja tal-Isla meta kien fadal 200 metru. B’din l-is­kwalifikaz­zjoni, Bormla ngħa­taw it-tielet post (meta daħlu r-raba’).

L-Isla żammew l-ewwel post ta’ sentejn ilu.

B’dan ir-riżultat l-Isla u Bormla kienu qed jillidjaw il-klassifika b’24 punt kull wieħed.

It-tiġrija tad-Dgħajjes tal- Midalji ntrebħet minn Bor­mla li prattikament qatt ma ġew attakkati hekk kif żammew il-vantaġġ b’mod komdu fuq id-dgħajjes tal-Isla u tal-Birgu rispettivament.

Birżebbuġa kienu rebħu t-tiġrija ta’ sentejn ilu.

B’din ir-rebħa, it-total parzjali ta’ Bormla kien dak ta’ 44 fejn fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fuq l-Isla biex it-taqtiegħa għar-rebħ tal-Aggregate Shield dehret li kienet se tkun bejniethom minħabba li l-Birgu kellhom 12-il  punt u l-Kalkara 8.

Ir-raba’ tiġrija kienet dik tal-Frejgatini li ntrebħet mill-Isla li rebħu b’tul u nofs fuq id-dgħajjes ta’ Birżebbuġa u tal-Kalkara.

Sentejn ilu kienu Birżebbuġa li rebħuha.

B’din ir-rebħa, l-Isla qabżu fl-ewwel post bi 48 punt, erbgħa aktar minn Bormla li ma pplejsjawx. Fit-tieni post daħlu Birżebbuġa segwiti mill-Kalkara filwaqt li Marsa ġew skwalifikati.

L-aħħar tiġrija kienet dik tal-Pass b’Erbgħa Mqadef li ntrebħet minn Bormla biex rebħu l-Aggregate Shield, segwiti mill-Birgu u mill- Kalkara.

Fl-aħħar edizzjoni din it- tiġrija ntrebħet minn Birżebbuġa.

*Ir-Regatta bdiet bit-tiġrija tal-frejgantini tan-nisa fejn id-dgħajsa tal-Birgu, komposta minn Shazel Grima u Glyniss Mizzi, daħlet fl-ewwel post, f’ħin ta’ 5 minuti u 50 sekonda, li kienet segwita minn dawk tal-Isla u Bormla.

Ta’ min isemmi li Mizzi tgawdi rekord assolut li meta ħadet sehem f’din it-tiġrija dejjem ħarġet rebbieħa.

L-ekwipaġġi rebbieħa ta’ kull tiġrija huma:

Dgħajjes tal-Midalji – Birgu (Owen Zammit, An­toine Brignone, Wayne Xue­reb, Sven Refalo).

Frejgatini – Kalkara (Clyde Mizzi, Davison Micallef u l-coxswain Gulia Vella).

Tal-Pass – Bormla (Clive Casha, Dennis Thornton).

Kajjikki – Isla (Nigel Sant, Christian Camilleri)

Tal-Pass ta’ b’Erbgħa – Bormla (Maximilian Mamo, Clive Casha, Dennis Thorn­ton, Jurgen Camilleri).

Dawk ta’ Kategorija B in­trebħu minn:

Tal-Pass ta’ bi Tnejn – Bor­mla (Charvon Gatt u Clea­ven Falzon)

Kajjikki – Isla (Cayvon Gatt, Ericsen Lia).

Dgħajjes tal-Midalji – Bormla – (Dusty Cassar, Char­von Gatt, Cleaven Falzon, Yannick Pace).

Frejgatini – Isla (Owden Caruana Smith, Cayvon Gatt u l-coxswain Theon Pace).

Tal-Pass ta’ b’Erbgħa – Bormla (Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Cleaven Fal­zon, Yannick Pace)

Sport