Thursday, April 25, 2024

Bormla jirbħu ż-żewġ kategoriji tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien

Aqra wkoll

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, illum sa­ret ir-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien fejn Bormla rebħu ż-żewġ kategoriji … biex ir-reġistraw double double meta rrepetew is-suċċess tal-2019. 

B’hekk din kienet it-13 u t-12-il darba li Bormla rebħu x-Shield ta’ Jum il-Ħelsien ta’ Kategorija Open u B rispettivament. Aktar minn hekk, din kienet ir-raba’ darba nfila tar-rebħ ta’ Kategorija B. 

Fil-Kategorija Open, it- tiġrija tal-Midalji intrebħet mill-ekwipaġġ tal-Isla, Redeemer Rapa, Glenn Zam­mit, Russell Bugeja u Andre Gauci li daħlu qabel dawk tal-Birgu u Birżebbuġa. Id dgħajjes ta’ Bormla u Kalkara ġew skwa­lifikati għax daħ­lu f’xulxin. 

Kalkara rebħu t-tieni tiġrija, dik tal-Frejgatini lie­ma dgħajsa kienet komposta minn Clyde Mizzi, Davison Micallef u t-tmuniera Giulia Vella. 

Ir-rebħa fit-tiġrija tal-Pass ta’ Bi Tnejn, poġġiet lil Bormla fl-ewwel post fil- klassifika proviżorja wara bidu negattiv, grazzi għall-koppja Clive Casha u Dennis Thornton li komplew juru l-potenzjal tagħhom fil-qdif tal-baħar hekk kif komplew ikabbru l-vetrina tal- unuri personali.  Din kienet it-18-il rebħa konsekuttiva tagħhom. Marsamxett temmew fit-tieni post, segwiti mill-Birgu. 

Il-Bormliżi komplew ikab­bru l-vantaġġ meta ttrijonfaw fit-tiġrija tal-Kajjikki, permezz ta’ Maximilian Mamo u Romario Brignone, li warrbu għal kollox l-isfida tal-Isla, bil-Birgu kellhom jikkuntentaw bit-tielet post.

Fl-aħħar tiġrija, dik tal-Pass b’Erba’ Imqadef, Bor­mla aċċertaw mir-rebħ tax-Shield fi tmiem eċċitanti meta għelbu lil Birgu bi ftit ċentimetri filwaqt li Birżebbuġa temmew fit-tielet post. 

B’hekk Bormla rreġistraw total ta’ 64 punti, segwiti mill-Birgu (38), Isla (32); Bir­żebbuġa (14), Kalkara u Marsamxett (12),  Marsa u Siggiewi (0). 

KATEGORIJA B intreb­ħet minn Bormla li rebħu erba’ tiġrijiet minn ħamsa. 

L-ewwel tiġrija, dik tal-Pass b’Żewġ Imqadef, int­rebħet b’mod mill-aktar komdu mill-koppja Bormliża Charvon Gatt u Cleaven Fal­zon quddiem il-Birgu u l-Isla. 

Fit-tiġrija tal-Kajjikki kie­nu l-Isla li temmew fl-ewwel post permezz ta’ Cayvon Gatt u Ericsen Lia li għelbu l-isfida ta’ Marsam­xett, bil-Birgu jidħlu t-tielet.  

Bormla rebħu wkoll it-tielet tiġrija ta’ din il-kategorija, dik tal-Midalji bl-ekwipaġġ ikun kompost minn Dusty Cassar, Charvon Gatt, Cleaven Falzon u Yannick Pa­ce. Fit-tieni post daħlu l-Isla segwiti mill-Birgu. 

It-tiġrija tal-Frejgatini kie­net l-isbaħ waħda li baqgħet eċċitanti sal-aħħar, bit-trio ta’ Bormla jirnexxielu jtemm fl-ewwel post li kien iffurmat minn Dusty Cassar, Elton Azzopardi u t-tmunier Zdian Azzopardi. 

Huma għelbu l-isfida ta’ Marsamxett bil-Birgu jidħlu fit-tielet post bi ftit ċentimetri fuq l-Isla. 

Fil-ħames u l-aħħar tiġrija, il-Bormliżi ssiġillaw ir- rebħ tax-Shield hekk kif reb­ħu r-raba’ waħda minn possibbiltá ta’ ħamsa. 

It-team rebbieħ kien kompost minn Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Clea­ven Falzon u Yannick Pace. 

Fit-tieni post daħlu l-Birgu quddiem l-Isla. 

Għaldaqstant, Bormla reb­ħu b’76 punt segwiti mill-Birgu (42), l-Isla (38) u Marsam­xett (16). 

Din ir-regatta bdiet bit- tiġrija tal-frejgatini tan-nisa li ma kinetx tgħodd għall- punti, li ntrebħet mill-Birgu (7’27”), segwiti mill-Kalkara u Bormla. 

L-ekwipaġġ kien iffurmat minn Shazel Grima, Gly­nis Mizzi u Ishmael Frendo (tmu­nier). 

Ritratti: Alan Saliba

Sport