Friday, December 27, 2024

Bormla Subbuteo Club jaslu sas-semi-finali tal-Major prestiġjuz ta’ Frameries fil-Belġju

Aqra wkoll

Is-seed numru 3 fid-dinja fil-klassifika FISTF ranking tat-timijiet Bormla Subbuteo Club waslu sas-semi-finali tal-Major prestiġjuz ta’ Frameries fil-Belġju meqjus bħala l-akbar Turnew maġġuri u mistenni f’dan it-turnew imsejjah l-”Wimbledon” tat-table-football, fejn ħadu sehem 42 tim. It-tim Bormliz issa forza fid-dinja sub-kalċistika ma naqasx mill-aspettattivi hekk kif fi Grupp 3 rebaħ il- logħob kollu u b’disa’ punti minn tliet rebħiet, hekk kif b’rebħiet identiċi ta’ 3-0 identiċi rebaħ lil JSC Rochefort tal-Belġju u lil Tiburones B ta’ Spanja kif ukoll rebħa ta’ 2-1 kontra Issy les Moulineaux ta’ Franza . Fl-aħħar 16 Bormla SC rebħu lil Asd SC Salernitana tal-Italja 2-1 b’gowl ta’ Pisani fis- sekondi finali fost il-ferħ tal-Bormliżi li baqgħu jemmnu sal-aħħar rebħa tajba wkoll kienet ta’ Golger kontra Prezioso 4-3. Fil-kwarti-finali Bormla rebħu lil Bolognia Tigers tal-Italja 2-1 f’din il- partita Bormla idomminaw mill-bidu sat-tmiem fejn rebħa tal-captan tat-tim Aquilina kontra Mattiangeli ta’ 3-0 u rebħa ta’ Busch, l-Awstrijakk ta’ Bormla.

Rebħa ta’ 2-1 fuq Patruno kienet essenzjali biex Bormla taċċedi għas-semi-finali u podju ieħor u t-tieni wieħed konsekuttiv f’dan il-Major u t-ttielet wieħed għal din is-sena internazzjonali hekk kif qed jiccelebraw il-15-il sena mit-twaqqif tal-klabb. Fis-semi-finali Bormla lagħbu logħba tattika ħafna fejn ħarġu 2-0 minn fuq u wara li Reggio Emilia frat Bari tal-Italja dawruha 1-2. Sal-aħħar secondi Bormla setgħu jdawru din il-logħba iżda dan baqa’ r-riżultat finali fejn għall-Bormliżi rebaħ Busch 2-1 kontra Lichieri.

Kien draw meqjus tajjeb ħafna ta’ 4-4 tal-Belġjan Bormliż Golger kontra Zambello. It-tIm kien kompost mill-captain Charles Aquilina, John Zammit, George Ebejer, Jason Pisani, Bessim Golger u David Busch u Katerina W.Busch, b’Josef Camilleri jkun it-Team Manager. Is-Sibt fl- individwali Charles Aquilina wasal sal-kwarti tal-finali fil-kategorija tal-Veterani u Josef Camilleri wasal sas-semi-finali. Bormla Subbuteo Club issa jmisshom jieħdu sehem fil-Grand Prix ta’ Vjenna fl-Awstrija kif ukoll f’Mallorca fi Spanja kif ukoll fl-aħħar ta’ April ikun hemm l-MTFSA Malta Grand Prix. Bormla Subbuteo Club jirringrazzjaw lill-Visit Malta, Explore more, MOC, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Ejcs, Mykonos By Yiamas, Euro Club Hotel u Cospicua Dynamos. 

Ekonomija

Sport