Sewwieq ta’ mutur indarab wara li għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Bormla kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.