Sunday, July 26, 2026
Home Aktar 21 każ ġdid … Ifiqu 87 persuna

21 każ ġdid … Ifiqu 87 persuna

0
695

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta, fl-aħħar sigħat saru 2,040 swab test.

Irriżulta li minn fosthom kien hemm 21 persuna li rriżultaw pożittivi. Fuq nota pożittivaa kien hemm 87 persuna li fiequ biex b’hekk il-każijiet attivi issa niżlu għal 471 każ.

Fl-informazzjoni li ngħatat dwar il-każi tal-lum; tnejn kienu membri tal-familja ta’ każijiet riċenti, tnejn kellhom kuntatt ma’ każijiet riċenti, erbgħa huma kollegi ta’ każijiet riċenti u erbgħa oħra attendew attivitajiet fejn nġabru grupp ta’ persuni.