Sunday, May 19, 2024

Bormliż l-isptar wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Birżebbuġa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur indarab wara li għall-ħabta tas-6:45 a.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel ta’ 60 sena residenti Bormla kien qiegħed isuq mutur tat-tip Yamaha u għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport