Thursday, April 18, 2024

Borussia Dortmund jippreżentaw lil Anthony Modeste

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Borussia Dortmund Sebastian Kehl ippreżenta lill-mezzi tax-xandir Ġermaniżi l-attakkant Anthony Modeste. Dan il-player Franċiż ta’ 34 sena se jmur jilgħab il-Ġermanja b’self mingħand FC Koln.

Kehl faħħar il-kwalitajiet fiżiċi ta’ dan il-player u jqisu bħala wieħed versatili fejn kapaċi sew ibiddel it-tattika tiegħu skont il-ħtieġa tal-coach Edin Terzic.

Fl-istaġun li għadda, Modeste skorja 20 goal u hu magħruf li joħloq okkażjonijiet minn azzjonijiet ta’ corner jew freekick.

Fil-passat, Modeste lagħab ukoll ma’ Bordeaux, Blackburn Rovers u Tianjin.

Ekonomija

Sport