Saturday, May 4, 2024

Borussia Dortmund qed jitolbu €100 miljun għal Jude Bellingham

Aqra wkoll

Għalkemm rapporti kienu qed isostnu li Borussia Dortmund qed jitolbu €168 miljun għall-firma ta’ Jude Bellingham, issa qed jingħad li t-talba tal-club Ġermaniż hija dik ta’ €100 miljun li trid titħallas fi flus kontanti u mhux bid-dejn.

Wara t-tluq ta’ Erling Haaland, Borussia Dortmund qed iħejju għal bejgħ kbir ieħor. Jude Bellingham jinsab fil-mira ta’ Real Madrid, Liverpool u Chelsea hekk kif jidher li fis-sajf li ġej se jkun hemm taqtiegħa kbira għal dan il-player ta’ 19-il sena. 

Liverpool huma l-uniku club li għamlu kuntatt ma’ Borussia u mal-aġent tal-player iżda dan ma jfisser xejn minħabba li fadal tmien xhur oħra biex il-club Ġermaniż iċedi lil Bellingham minn fuq il-kotba tiegħu.

Sport