Sunday, November 24, 2024

Borża ġdida tal-iskart fiż-żmien li ġej… se jinbidlu wkoll il-kuluri tal-boroż

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia tkellem dwar il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart għall-10 snin li ġejjin. 

Huwa qal li dan il-pjan jinkludi bidliet mhux biss ta’ kif jiġi miġbur l-iskart, iżda wkoll bidliet fil-mod ta’ kif jinħadem, ta’ x’inpoġġu fuq is-swieq internazzjonali u ta’ kif jiġi proċessat fost oħrajn.

Il-Ministru Farrugia qal li fiż-żmien li ġej, għalkemm għad m’hemmx data speċifika, mistenni li tibda tinġabar borża oħra addizzjonali apparti l-borża l-griża, is-sewda u l-bajda.

Huwa kompla jgħid li, “xi ħaġa oħra li qed nesploraw u aktarx issir hi li se nibdlu l-kuluri tal-boroż. Dan se jsir sabiex ikunu trasparenti għaliex hemm bżonn ta’ aktar infurzar. Għalhekk, borża ġdida fiż-żmien li ġej imma l-kuluri tal-boroż jinbidlu wkoll.”

“Nafu wkoll li se jkun hemm skart kummerċjali li se jinġabar b’mod separat ukoll. Xi ħaġa ambizzjuża li dan il-Gvern ħadem fuqha fl-aħħar xhur,” qal il-Ministru Farrugia. Żied jispjega li filwaqt li llum kull Kunsill Lokali jiddeċiedi x’borża tal-iskart jiġbor fi ġranet partikolari, mis-sena d-dieħla dan kollu se jkun streamlined skont ir-reġjuni. 

Dwar il-pjan tal-Gvern f’dak li jirrigwardja s-single-use plastics, il-Ministru Farrugia qal li Malta kienet mal-ewwel pajjiżi li pprojbixxiet l-ewwel l-importazzjoni tagħhom f’Jannar tal-2021 imbagħad il-bejgħ tagħhom f’Jannar tal-2022. 

Sport