Manchester United, Chelsea u Tottenham Hotspur kollha qed jiġġieldu għall-firma tal-midfielder ta’ Atletico Madrid, Yannick Carrasco.
Il-player ta’ 28 sena rritorna fil-kapitali Spanjola fl-2020 wara perjodu ta’ sentejn fiċ-Ċina ma’ Dalian Professional u reġa’ stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-players ewlenin ta’ Diego Simeone.
Carrasco rreġistra sitt goals u 10 assists fl-istaġun tal-La Liga 2020-21 li ra r-rebħ tat-titlu minn Atletico, filwaqt li skorja sitt goals u pprovda sitt assists oħra f’34 partita fil-Liga Spanjola matul l-istaġun li għadda.