Wednesday, July 24, 2024

Bosta jleħħnu t-tħassib tagħhom dwar roundabout ġdida f’Burmarrad

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li rrikorrew għall-midja soċjali biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar roundabout li nbniet fil-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Burmarrad fil-limiti tal-Mosta. Il-kumment jikkonċernaw l-aktar id-daqs tar-roundabout, bil-biċċa l-kbira tal-kummenti jitolbu li l-imsemmija roundabout terġa’ tinbena mill-ġdid biex jitneħħa l-periklu għas-sewwieqa.

Ritratti ppublikati mill-eks-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea juru marki tat-tajers li jindikaw li sewwieq ma rax l-istruttura l-ġdida bil-konsegwenza li baqa’ tiela’ fuqha.

Galea kien fost dawk li semma l-kritika tiegħu dwar ir-roundabout f’Għajn Rihana, u tenna li “xi ħadd għandu jieħu l-passi neċessarji qabel ikun tard wisq”.

Ekonomija

Sport