Illum it-18 ta’ Lulju hija ġurnata ta’ dieqa għal familja ta’ Justin Tabone, għax li kieku Justin kien għadu ħaj, illum kien jagħlaq 25 sena.
Kien f’Ottubru tal-2022, meta sfortunatament Tabone tah attakk tal-qalb waqt li kien qed jilgħab logħba futbol ma’ sħabu fil-grawnd tal-futbol fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi
Intant f’messaġġ fuq Facebook, oħtu Amanda Mousu qalet li llum kieku ħuha kieku għalaq 25 sena u li għandha weġgħa kbira għal fatt li hu ma’ għadux magħna.
Qalet ukoll; “Tliftek kmieni wisq u n-niket qatt ma jonqos, anzi jikber biss maż-żmien. Nimmisjak kuljum. Kont aktar minn sempliċi ħija, dejjem kont tpoġġi lil ħaddieħor qablek u dejjem kont insibek hemm ta’ għajnuna u qalb tajba”.
Irrimarkat li binha Zane wkoll jimmisja lil zijuh u li ta’ spiss jitkellem dwaru, minkejja li għadu żgħir u ma jistax jiifhem ċertu affarijet.
Tenniet billi qalet; “it-tifkira tiegħek se tibqa’ ħajja f’kull mument li nixtiequ naqsmu miegħek. Nawguralek f’għeluq sninek għażiż ħija Justin. Il-familja kollha tagħna tissimsjak u se żżommuk dejjem f’qalbna”