Fl-Italja, il-midja sellmet lill-ġurnalista Adriana Schiavo li mietet fl-aħħar sigħat fl-età ta’ 40 sena. Hija kienet miżżewġha lil Fabrizio li miegħu għandha tifla ta’ ħames snin.
Schiavo mietet wara marda li ħakmitha ftit wara li welldet lit-tifla. Għal diversi snin kienet taħdem bħala freelancer, iżda imbagħad ingħaqdet ma’ kamra tal-aħbarijiet f’Napli.
Kollegi tagħha qalu li hija ġġilded il-marda tagħha bl-aktar saħħa bit-tama li tgħix li tara lil bintha tikber… iżda l-aħħar xhur kienu iebsin wisq għall-ġurnalista. Minkejja kollox baqgħet titbissem sal-aħħar nifsijiet ta’ ħajjitha.

