Saturday, December 21, 2024

Bosta lesti jilqgħu f’kull ħin il-proposta tal-PN u jibdew jużaw ir-rota

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar aktar proposti tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li gvern Nazzjonalista se jkun qiegħed jindirizza l-faqar u jieħu ħsieb l-ambjent

Gvern Nazzjonalista f’alleanza ma’ dawk li għandhom għal qalbhom l-ambjent

Bernard Grech propona politika favur il-konservazzjoni u l-iżvilupp ta’ pajjiżna biex jipproteġi l-ispazji miftuħa. Gvern Nazzjonalista se jkun qiegħed jifforma alleanza ma dawk li jixtiequ jtejbu l-ambjent ta’ pajjiżna. 

Ħabbar eżerċizzju fejn kull sena l-gvern iżid 50,000 metru ta’ art pubblika li hija tal-gvern maż-żoni meqjusin barra ż-żoni tal-iżvilupp. 

Bosta lesti jilqgħu f’kull ħin il-proposta tal-PN u jibdew jużaw ir-rota

Biex jindirizza l-konġestjoni tat-traffiku u jonqsu l-vetturi li jaħdmu bil-fjuwil, gvern Nazzjonalista se jkun qiegħed jagħti €10,000 mifruxa fuq ħames snin biex iħajjar familji jeħilsu mill-vettura qadima tagħhom taħt kundizzjoni. Huwa qal li din hija proposta li kellha reazzjoni pożittiva mmens minn dawk li qalu li lesti li jilqgħu din l-istedina f’kull ħin u jibdew jużaw ir-rota.

Rifużjoni tal-VAT għal dawk li jindirizzaw in-newtralità klimatika

Grech qal li l-bidla l-kbira tibda b’tibdiliet żgħar u għalhekk gvern Nazzjonalista jagħti rifużjoni tal-VAT sa €3,000 fis-sena lis-sidien kollha tad-djar għal kull post fuq ix-xogħlijiet kollha li jindirizzaw in-newtralità klimatika. Din ir-rifużjoni tista’ tiżdied sa massimu ta’ €6,000 f’każ li din il-familja tkun tinkludi pensjonant jew pensjonanta, jew persuni b’diżabbiltà.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li mhux l-ammont ta’ proposti li huwa importanti, iżda kemm għandek viżjoni u dawk il-proposti huma magħqudin f’katina għal pajjiż aħjar.

Ekonomija

Sport