Wednesday, July 24, 2024

Bosta maħsuda bil-mewt ta’ Danilo Doncic fl-etá ta’ 54 sena

Aqra wkoll

F’aħbar li ħasdet lil bosta, tħabbret il-mewt ta’ Danilo Doncic fl-etá ta’ 54 sena wara li kien qed jikkumbatti marda, b’rapporti jindikaw li sofra attakk tal-qalb.

Doncic lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta, Sliema Wanderers u San Gwann. Dan filwaqt li kien ukoll kowċ ta’ Valletta, San Ġwann, Sliema Wanderers, Floriana, Tarxien Rainbows u St Andrews.

M’hemmx dubju iżda li Doncic jibqa’ mfakkar l-aktar bħala player ta’ Valletta fejn kien jitqies bħala magna ta’ goals u fost oħrajn kif ukoll bħala kowċ fejn lura fl-2018 wassal lill-klabb għar-rebħ tad-double, permezz tar-rebħ tal-Kampjonat Premier u l-FA Trophy.

Ekonomija

Sport