Tuesday, April 30, 2024

Bosta maħsudin bit-telfa tal-fotografu Kevin Abela

Aqra wkoll

“Maħsudin bit-telfa tiegħek” u “Bħal sajjetta fil-bnazzi” kienu uħud mir-reazzjonijiet ta’ kollegi u ħbieb ta’ Kevin Abela hekk kif aktar kmieni tħabbret il-mewt tiegħu.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm il-paġna uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni. Intqal li d-Dipartiment u sħabu l-impjegati tilfu kollega professjonali, ħabib leali, ċajtier u dejjem bi tbissima sinċiera.

Bħala fotografu uffiċjali tal-gvern Abela jibqa’ mfakkar għall-passjoni u l-umiltà tiegħu waqt xogħlu.

Sport