Thursday, December 26, 2024

BOV Kampjonat Premier: Hamrun Spartans iwaqqgħu l-ewwel punti

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ……. 1

Sliema Wanderers …….1

Bħal Floriana, Hamrun Spartans sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1, din id-darba kontra Sliema Wanderers, iżda dawn tal-aħħar qamu għall-okkażjoni … biex jekk dawn huma żewġ punti mitlufa għall-Ispartans, huwa punt mirbuħ u meritat għall-Wanderers.

Qabel il-logħba ingħa­taw żewġ flokkijiet kom­memorattivi liż-żewġ players Hamruniżi, Steve Borg u Emerson Marcelina … il-Malti wara li lagħab 300 logħba fil-Premier filwaqt li l-Brażiljan lagħab 200 partita.

Hamrun Spartans fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fid-29 minuta, meta l-iskor­er prolifiku, LUKE MONTEBELLO, qabeż player avversrju, avvanza fil-kaxxa u venven xutt b’saħħtu li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Rashed Al Tumi, isalva.

Sliema wieġbu eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Karim Abubakar li għaddiet ftit ċentimetri fuq il-mimduda.

L-azzjoni sussegwenti waslet, fit-62 minuta, bis- Slimiżi jkunu huma li joħolqu l-periklu meta s- sostitut Geoffrey Edwin Achemapong xeħet cross fil-kaxxa li iżda ġie antiċipat mill-goallkeeper ta’ Hamrun, Henry Bonello.

Il-Wanderers bdew juru ċerta personalitá fil-ground u erba’ minuti wara, meri­tatament ġabu l-iskor indaqs meta wara taħwida fil-kaxxa, GEOFFREY EDWIN ACHEAMPONG, żmarkat għal kollox tefa’ l-ballun wara Henry Bonello … biex dan kien l-ewwel goal li sofrew il-Ħamruniżi f’dan l-istaġun.

Fil-75 minuta, cross tas- Slimiż, Denis Kouao, ġie interċettat tajjeb minn Bonello.

Hamrun wieġbu żewġ minuti wara meta free-kick tal-Kroat, Roko Prsa, ġie devjat f’corner minn Al Tumi.

HAMRUN S: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello (94-Ryan Camenzuli 69), 10-Joseph Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas, 23-Uros Duranovic, 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (25-Ederson Bruno Domingos 69), 30-Seth Paintsil (98-Jonny 76), 91-Emerson Marcelina  – Coach: Luciano Zauri

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 2-Jean Borg, 6-Joseph Marie Minala, 9-Vito Plut (70-Lydon Micallef 90), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 18-Edmond Agius (33-Geoffrey Edwin Acheampong 60), 20-Denis Koauao, 31-Henrique Feire, 39-Samuel Gomes Da Mata (8-Mark Scerri 80), 99-Karim Abubakar (77-Mohamed Awad 60)   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: James Muscat, Kurt Saliba

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: L. Montebello 29 (H), G. E. Achemapong 66 (S)

AMMONITI: H. Freires, T. Aquilina, G. E. Achemapong, R. Al Tumi, D. Kouao (SW), E. De Freitas Da Silva (HS)

Ekonomija

Sport