Monday, October 5, 2026
Home Sport Possibbiltá li s-sidien ta’ Manchester City se jbiegħu l-club?

Possibbiltá li s-sidien ta’ Manchester City se jbiegħu l-club?

0
60

Manchester City jinsabu taħt pressjoni kbira wara li nstabu ħatja ta’ 114 minn 115-il akkuża relatata mal-ksur tar-regoli finanzjarji tal-Premier League matul disa’ snin. 

Kummissjoni indipendenti kkonkludiet li l-club uża kuntratti “fittizji” biex jaħbi finanzjament ta’ aktar minn £830 miljun. Għalkemm City sostnew l-innoċenza tagħhom u appellaw, il-verdett poġġa lis-sid Sheikh Mansour u lis-sjieda tal-club taħt skrutinju.

Għaldaqstant teżisti possibbiltá kbira li jekk l-appell ifalli, Sheikh Mansour jista’ jikkunsidra jbigħ il-klabb, peress li l-familja rjali ta’ Abu Dhabi tista’ tħoss li ġiet imbarazzata bil-każ. 

Madankollu, il-president Khaldoon Al Mubarak kien qal f’Ġunju li ma hemm l-ebda intenzjoni li l-club tas-City jinbiegħ.

Sadanittant, ir-Regolatur Indipendenti tal-Football, jista’ jevalwa l-adegwatezza tas-sidien. 

Is-City jistgħu jiffaċċjaw ukoll tnaqqis kbir fil-punti, multa bla limitu u sospensjoni twila fuq trasferimenti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here