Saturday, December 28, 2024

BOV Kampjonat Premier: Tispikka Hibernians v Birkirkara

Aqra wkoll

Illum u għada tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-BOV Kampjonat Premier qabel ma jieqaf għal tliet ġimgħat fejn it-team nazzjonali jkun impenjat fiż-żewġ logħbiet validi minn Grupp C tar-round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-Euro 2024 … kontra l-Italja (f’Bari) u l-Ukrajna (fin-National Stadium).  

Intant, l-aqwa partita ta’ tmiem il-ġimgħa hija dik bejn Hibernians u Birkirkara filwaqt li partita oħra li għandha tiġbed interess partikolari hija dik bejn Balzan u Floriana. 

Iċ-champions renjanti, Hamrun Spartans jibdew fa­voriti kontra Sirens iżda mbagħad hemm erba’ konfronti mill-aktar bilanċjati bir-riżultat jista’ jmur kull naħa. 

Dawn huma Valletta v Mosta;  Naxxar Lions v Sta Lucia; Gudja United v Gzira United u finalment Sliema Wanderers v Marsaxlokk. 

Dan il-programm se jkun wieħed speċjali għat-tliet timijiet ta’ Gudja, Sirens u Sta Lucia, hekk kif ikunu qed jilagħbu l-100 partita (konsekuttiva) tagħhom fl-ogħla diviżjoni. 

Dan minħabba li mindu bdew jilagħbu fil-Premier, mill-istaġun 2019/20, huma qatt ma ġew relegati.  

Hibernians v Birkirkara – Din il-partitissima tlaqqa’ żewġ timijiet li f’dawn l- aħħar għexiren tas-snin kie­nu fost il-protagonisti.

Iżda filwaqt li Birkirkara ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Valletta, Hibernians sfaw megħluba minn Flo­riana bl-iskor ta 2-0. 

Għalhekk xejn għajr minn rebħa ma’ tissodisfa l-kriterji taż-żewġ timijiet bil-pres­sjoni tinsab kollha fuq il-Karkariżi minħabba li għandhom erba’ punti minn tliet logħbiet … bl-aspettattiva ewlenija tkun li jisfidaw lil Hamrun għar-rebħ tat-tit­lu. 

Min-naħa ta’ Hiber­nians,  iridu jagħrfu kif se jorganiz­zaw lilhom infus­hom min­ħabba li quddiemhom għan­d­hom ostaklu mill-aktar diffiċli. 

Balzan v Floriana – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li s’issa wrew li se jkunu qed jisfidaw għall- ewwel erba’ postijiet.

Fil-veritá, m’hemm l-eb­da differenza bejniet­hom bl-eċċezzjoni li Floriana reb­ħu t-tliet partiti għad-dispożizzjoni filwaqt li Balzan tilfu waħda … kontra Hamrun Spartans (1-0) f’liema partita qatt ma kienu inferjuri għall-avversarji tag­ħ­hom u kienet ħasra li ħarġu b’idejhom vojta.  

Il-partita għandha tintrebaħ f’nofs il-ground, biż-żewġ timijiet għandhom t­a­lenti straordinarji f’dan is-settur.

Bla dubju, ma tkun l-ebda sorpriża li jtemmu fi draw. 

Sirens v Hamrun S.– Sirens iridu jkunu fl-aqwa tagħhom biex jegħ­lbu lil Hamrun Spartans li, bħal Floriana, qed igawdu l-quċċata tal-klassifika fejn skorjaw tmien goals u ma sofrew l-ebda wieħed. 

Bl-uniku punt li ak­kwistaw s’issa, jidher li l-esperiment tal-Pawlini li jingaġġaw tmien players mill-istess team mill-pajjiż tal-Ghana ma rnexxiex. 

U minkejja li għadna fil-bidu tal-istaġun, huma jinsabu fiż-żona l-ħamra meta wieħed iqis li jridu jiġu relegati erba’ timijiet. 

Min-naħa l-oħra, l-Ispartans bħal donnhom qabdu r-ritmu tal-konsis­tenza u hija diffiċli biex jiġu megħluba għalkemm fil-football jista’ jseħħ kollox. 

Kuntrarju għall-istaġun li għadda, l-attakkant Luke Montebello qed jiġi utilizzat mill-bidu fejn qed jaqdi dmiru b’mod mill-aktar sublimi hekk kif, flim­kien ma’ Yuri de Jesus Messias ta’ Marsaxlokk, jinsab fil-quċċata tal-lista tal-iskor­ers b’erba’ goals. 

Sliema W. v Marsaxlokk – Din hija partita bejn żewġ timijiet rivelazzjoni tal-ista­ġun fejn issorprendew lil kulħadd bil-wirjiet eċċezzjonali tagħhom. 

Sliema bl-ebda mod ma taw indikazzjoni li huma team li għadu kif ġie promoss filwaqt li Marsaxlokk huma team trasformat mill-istaġun pre­ċedenti. 

Din se tkun ukoll sfida bejn l-iskorers prolifiċi … ix-Xlukkajr Yuri Messias u s-Slimiż Vito Plut, b’dan tal-aħħar jiskorja l-goal numru 50 ta’ dan l-istaġun. 

Żball wieħed jista’ jagħ­mel id-differenza fir-riżultat.  

Mosta v Valletta– Mosta, li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa, jaffrontaw lil Valletta li ġejjin minn draw drammatiku ta’ 1-1 kontra Birkirkara, grazzi għal daqqa ta’ ras ta’ Federico Falcone fil-ħin miżjud. 

Minn dak li rajna s’issa, iż-żewġ timijiet huma ‘l bogħod minn dawk ta’ fuq u għaldaqstant issa huwa l-mument li jintrebħu l-punti biex ma jinqabdux fin-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Peró, Mosta huma l-aktar li ddiżappuntaw hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 3-0 kontra Sliema Wanderers. 

Valletta jilqgħu lura lil Alfred Hamanjoda Silas minn sos­­pensjoni. 

Gudja U. v Gzira U. – Gzira United, l-aktar team li ddiżappunta, jilgħab kontra Gudja United li t-tnejn għadhom mingħajr rebħa.

Huwa mperattiv għaż-żewġ timijiet li jirbħu din il-partita fit-tentattiv li jinqalgħu min-naħa t’isfel tal- klassifika minħabba li t-telf ta’ punti jkompli jifforma d-destin tagħ­hom. 

Għaldaqstant, mistenni konfront missielet fuq l-offensiva.  

Naxxar L. v Sta Lucia – Bħal dik preċedenti, din hija partita diretta bejn żewġ timi­jiet li diġá nqabdu fil-ġlieda għas-salvazzjoni. 

Rebħa tagħti injezzjoni psikoloġika biex tikber il-fiduċja għal-logħbiet li ġejjin. 

Iżda telfa tkompli tixħet aktar pressjoni minħabba li d-distakk mal-avversarji jkompli jikber li mal-medda tal-kampjonat ikun diffiċli biex wieħed jirkupra d-differenza ta’ punti. 

Ekonomija

Sport