Wednesday, October 9, 2024

Persuni jweġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ filgħaxija weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00pm, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Taljan ta’ 61 sena intlaqat minn Peugeot 508 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Marsaskala.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tad-9.00pm, fi Triq il-Lunzjata, Santa Venera. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Imsida kien involut f’inċident ma’ Kia Avella misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn it-Taljan kif ukoll ix-xufier tal-mutur ittieħdu l-isptar b’ambulanza. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport