Monday, May 13, 2024

Boxer jikkontempla li jagħmel suwiċidju wara l-mewt tal-avversarju tiegħu ftit jiem ilu

Aqra wkoll

Il-boxer Sud Afrikan, Siphesihle Mnutngwa, qed jikkomtempla li jagħmel suwiċidju wara li ftit tal-jiem ilu ġġieled kontra Simiso Buthelezi li miet f’ċirkostanzi strambi fl-etá ta’ 24 sena.

Minbarra li huwa trawmatizzat b’dak kollu li ġara lill-avversarju tiegħu fejn saħansitra kien qed jikkunsidra li jtemm il-karriera tiegħu, u waqa’ f’dippressjoni qawwija.

Waqt il-ġlieda Buthelezi kien qed jidher li se jirbaħ meta attakka lil Mntungwa, b’dan tal-aħħar jipprova jilqa’ d-daqqiet f’rokna fejn anke deher jitħabbel mal-ħbula.

Iżda wara li r-referee internvjena … u mbagħad għamel sinjal biex titkompla l-ġlieda, Buthelez deher idur lejn ir-referee u beda jagħti daqqa fil-vojt … hekk kif kien sinjal li kien qed jintilef minn sensieh. Ir-referee mill-ewwel waqqaf il-ġlieda fejn Buthelezi beda jingħata attenzjoni medika fejn ittieħed l-isptar b’urġenza.

Iżda sfortunatament, it-Tlieta filgħaxija l-familja tiegħu ħarġet stqarrija li Simiso ħalla din id-dinja.

Tlett ijiem wara din it-traġedja, Mnutngwa beda jirċievi ħafna abbuż fuq il-media soċjali fejn ġie mgħajjar ukoll “qattiel”.

Huwa qal: “Ma nistax nibqa’ ngħix hekk. Għadni affettwat mill-mewt ta’ Buthelezi .. u issa qed niġi mgħajjar fuq il-meda soċjali … anke l-ħbieb u l-ġirien qed jattakkawni … ikun ħafna aħjar għalija li ma nibqax ngħix ….”

Sport