Sunday, October 27, 2024

Boxing: Zinad iżomm it-titlu light-heavyweight wara rebħa fuq Diallo

Aqra wkoll

Il-boxer Libjan b’dixxendenza Maltija Malik Zinad għeleb lill-Franċiż Mikael Diallo sabiex żamm it-titlu Light-Heavyweight filwaqt li kompla mas-sensiela ta’ rebħ fi ġlied tal-boxing. Fil-fatt Zinad ilu 20 ġlieda ma jitlef sabiex b’din ir-rebħa żied unur ieħor għalih personali.

Fil-ġlieda li saret fi Brussels attenda wkoll il-president tal-Malta Boxing Association Marc James kif ukoll il-promotur Edwin Micallef.

Wara ġlieda ferm akkanita, kien Zinad li ħareġ rebbieħ sabiex kompla jżomm mal-mument pożittiv tiegħu bi Diallo li kellu jsofri l-ewwel telfa wara 20 konfront.

F’kumment li ta, James faħħar il-kwalitajiet tal-boxer Libjan b’dixxendenza Maltija li minkejja kollox baqa’ sod anke f’mumenti ta’ diffikulta’.

Zinad għandu 29 sena u ilu jżomm it-titlu light-heavyweight sa minn Awwissu 2021. Hu għamel id-debutt professjonali tiegħu f’Ottubru 2015 meta għeleb lil Bogoljub Borišev wara technical knock-out fit-tieni round.

Sport