Wednesday, April 24, 2024

Se jerġa’ jinstema’ mill-ġdid il-każ ta’ Ġappuniż li ilu kważi 60 sena l-ħabs

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Eks boxer ta’ 87 sena li jgħix il-Ġappun u li huwa maħsub li hu l-iktar priġunier li serva l-itwal sentenza ta’ priġunerija l-ħabs f’dak li hu omiċidju, se jerġa’ jibda jinstema’ l-każ tiegħu mill-ġdid fuq ordni tal-imħallfin mill-Qorti Suprema. 

Fl-aħħar sigħat huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-każ imur lura għall-1968, meta Iwao Hakamanda ġie ikkundannat għall-mewt wara li nstab ħati illi seraq u sussegwentement qatel lill-imgħallem tiegħu, lill-mara tal-imgħallem u liż-żewġ uliedhom. 

Għall-ewwel l-imputat kien ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, iżda mbagħad ammetti li hu ħati. Iżjed tard huwa rtira l-konfessjoni tiegħu dwar il-qtil u saħansitra sostna li kien ġie sfurzat jammetti t-tort wara li kienet saritlu “interrogazzjoni brutali” mill-Pulijiza Ġappuniża, fejn saħansitra qala’ anke swat. Minkejja l-aħħar stqarrija tiegħu, lura fl-1980 ġie kkonfermat il-verdett ta’ Hakamanda.

Lura fl-2014, il-Qorti distrettwali fil-belt ċentrali ta’ Shizuoka, ingħatat smigħ mill-ġdid dwar il-każ ta’ Hakamanda minħabba l-possibilità li l-investigaturi li kienu inkarigati mill-investigazzjoni ta’ dan il-każ f’dak iż-żmien, setgħu bagħbsu l-evidenza. Snin wara, il-każ għadda f’idejn il-Qorti Suprema.

Sport