Wednesday, April 24, 2024

Mistennija joħorġu akkużi kontra żewġ persuni li nqabdu jsuqu b’mod perikoluż

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija fuq il-paġna ta’ Facebook, qalu li ż-żewġ persuni li ġew irrappurtati ftit tal-jiem ilu b’rabta ma’ sewqan perikoluż, mistennija joħorġu l-akkużi dwarhom fil-jiem li ġejjin.

Dan wara li investigazzjoni immedjata mill-Pulizija b’rabta ma’ filmat u ritratt li dehru riċentament fuq Talk.mt u li juru vettura allegatament tinstaq b’manjiera perikoluża f’Ħal Luqa u vettura ohra li tidher qed tinstaq ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex, wasslet biex iż-żewġ sewwieqa ġew identifikati u mitkellema mill-pulizija.

Sport